Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0011

    Kawża C-11/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl- 4 ta’ Jannar 2012 — Maatschap L.A., D.A.B. Langestraat u P. Langestraat-Troost vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

    ĠU C 98, 31.3.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Jannar 2012 — Maatschap L.A., D.A.B. Langestraat u P. Langestraat-Troost vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

    (Kawża C-11/12)

    2012/C 98/17

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Maatschap L.A., D.A.B. Langestraat u P. Langestraat-Troost

    Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi impost tnaqqis jew esklużjoni fuq il-bidwi li ressaq talba għal għajnuna, bħal dak li jiġi impost, għan-nuqqas ta’ konformità kkonstatat, fuq il-veru persuna li wettqet il-ksur, li lilha jew permezz tagħha l-art ġiet ittrasferita, jekk din il-persuna li wettqet il-ksur kienet ressqet hija stess it-talba? Jew id-dispożizzjoni tfisser biss li n-nuqqas ta’ konformità kkonstatat huwa imputat lil dik il-persuna li ressqet it-talba għal għajnuna iżda li l-livell ta’ negliġenza, ta’ tort jew ta’ dolus tal-bidwi stess għadhom iridu jiġu ddeterminati sabiex tittieħed deċiżjoni dwar (ir-rata) tat-tnaqqis jew tal-esklużjoni?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).


    Top