Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0010

Kawża C-10/12 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Jannar 2012 minn Transnational Company “Kazchrome” AO, ENRC Marketing AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-192/08 — Transnational Company “Kazchrome” AO, ENRC Marketing AG vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 65, 3.3.2012, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/9


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2012 minn Transnational Company “Kazchrome” AO, ENRC Marketing AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-192/08 — Transnational Company “Kazchrome” AO, ENRC Marketing AG vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-10/12 P)

2012/C 65/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Transnational Company «Kazchrome» AO, ENRC Marketing AG (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Euroalliages

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2011 sa fejn il-Qorti Ġenerali ma annullatx ir-Regolament ikkontestat u sa fejn ordnat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tadotta deċiżjoni finali u tannulla r-Regolament ikkontestat;

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż marbuta mal-appell u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tordna lill-interventi eventwali jbatu l-ispejjeż marbuta mal-appell u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali:

wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-ksur tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku (1) min-naħa tal-istituzzjonijiet ma kienx suffiċjenti sabiex jiġi annullat ir-Regolament ikkontestat (2);

wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-istituzzjonijiet ma kinux meħtieġa jwettqu analiżi kollettiva tal-ħsara kkawżata minn fattura ta’ ħsara oħra minbarra l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping;

wettqet żball meta ordnat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż tal-Kunsill u ta’ Euroalliages.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p. 6)


Top