EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0365

Kawża C-365/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 27 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Royaume de Suède, Siemens AG, ABB Ltd Appell — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet — Dokumenti relatati ma’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE — Regolamenti (KE) Nru 1/2003 u (KE) Nru 773/2004 — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni ta’ attivitajiet tal-investigazzjoni, ta’ interessi kummerċjali u tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjonijiet — Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li teżamina b’mod konkret u individwali l-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-talba ta’ aċċess għal dokumenti

ĠU C 112, 14.4.2014, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Royaume de Suède, Siemens AG, ABB Ltd

(Kawża C-365/12 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet - Dokumenti relatati ma’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE - Regolamenti (KE) Nru 1/2003 u (KE) Nru 773/2004 - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni ta’ attivitajiet tal-investigazzjoni, ta’ interessi kummerċjali u tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjonijiet - Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li teżamina b’mod konkret u individwali l-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-talba ta’ aċċess għal dokumenti)

2014/C 112/07

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: EnBW Energie Baden-Württemberg AG (rappreżentanti: A. Hahn u A. Bach, avukat), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: C. Meyer-Seitz, aġent), Siemens AG (rappreżentanti: I. Brinker, C. Steinle, u M. Holm-Hadulla, avukat), ABB Ltd (rappreżentanti: J. Lawrence, solicitor, H. Bergmann u A. Huttenlauch, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012, Enbw Energie Baden-Württemberg vs Il Kummissjoni (T 344/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MV/psi D (2008) 4931, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl tal-proċedura COMP/F/38.899 – Switchgears insulati bil-gass – Interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 4(2) u (3) tiegħu.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012, EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni (T 344/08), hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MV/psi D (2008) 4931, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li tiċħad it-talba ta’ EnBW Energie Baden-Württemberg AG intiża għall-kisba tal-aċċess għall-fajl tal-proċedura COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass, hija annullata peress li, permezz tagħha, il-Kummissjoni naqset milli tiddeċiedi dwar it-talba ta’ EnBW sa fejn kienet intiża għall-kisba tal-aċċess għal dokumenti li jaqgħu taħt il-kategorija 5(b) tal-fajl.

3)

Il-kumplament tar-rikors ippreżentat minn EnBW Energie Baden-Württemberg AG quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-344/08 huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea u EnBW Energie Baden-Württemberg AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

5)

Ir-Renju tal-Isvezja, Siemens AG u ABB Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012


Top