EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0233

Kawża C-233/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di La Spezia — l-Italja) — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) (Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fi Stat Membru — Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix id-dritt għat-trasferiment, lil organizzazzjoni internazzjonali li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, tal-kapital li jirrappreżenta l-kontribuzzjonijiet għall-irtirar imħallsa lil entità tas-sigurtà soċjali nazzjonali — Regola ta’ Aggregazzjoni)

ĠU C 245, 24.8.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di La Spezia — l-Italja) — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-233/12) (1)

(Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fi Stat Membru - Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix id-dritt għat-trasferiment, lil organizzazzjoni internazzjonali li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, tal-kapital li jirrappreżenta l-kontribuzzjonijiet għall-irtirar imħallsa lil entità tas-sigurtà soċjali nazzjonali - Regola ta’ Aggregazzjoni)

2013/C 245/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di La Spezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Simone Gardella

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Civile della Spezia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 45, 48 u 145 sa 147 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba f’diversi Stati Membri — Impjegat ta’ organizzazzjoni internazzjonali li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix id-dritt għat-trasferiment lill-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata tal-kontribuzzjonijiet tal-irtirar imħallsa lil entità tas-sigurtà soċjali nazzjonali — Rifjut tal-entità tas-sigurtà soċjali kkonċernata li tikkonkludi ftehim li jippermetti tali trasferiment

Dispożittiv

L-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma jippermettix liċ-ċittadini tiegħu, impjegati f’organizzazzjoni internazzjonali, bħalma huwa l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jittrasferixxu fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ din l-organizzazzjoni l-kapital, li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni li huma jkunu kisbu qabel fit-territorju tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, fl-assenza ta’ ftehim internazzjonali bejn dan l-Istat Membru u l-imsemmija organizzazzjoni internazzjonali li jipprevedi l-possibbiltà ta’ tali trasferiment.

Fil-każ fejn il-mekkaniżmu ta’ trasferiment tal-kapital, li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel fi Stat Membru, lejn l-iskema tal-pensjonijiet ta’ persuna li timpjega ġdida fi Stat Membru ieħor ma jkunx jista japplika, l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix li jittieħed kont tal-perijodi ta’ impjieg li ċittadin tal-Unjoni Ewropea jkun wettaq ma’ organizzazzjoni internazzjonali, bħall-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor sabiex ikun intitolat għad-dritt tal-pensjoni tax-xjuħija.


(1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


Top