This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0100
Case C-100/12: Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 4 July 2013 (request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — Italy) — Fastweb SpA v Azienda Sanitaria Locale di Alessandria (Public procurement — Directive 89/665/EEC — Public procurement review — Action brought by an unsuccessful tenderer for review of a decision awarding a contract — Action for review based on the ground that the bid selected did not meet the technical specifications for the contract — Counterclaim made by the successful tenderer alleging that certain technical specifications for the contract were not respected in the bid submitted by the tenderer seeking review — Neither of those bids in compliance with the technical specifications for the contract — National case-law requiring that the counterclaim be examined first and, where such a counterclaim proves well founded, that the main action be declared inadmissible without any consideration of its merits — Whether compatible with European Union law)
Kawża C-100/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal- 4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 89/665/KEE — Reviżjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx — Rikors ibbażat fuq il-motiv li l-offerta magħżula ma hijiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt — Azzjoni inċidentali tal-offerenti il-magħżul ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt f’dak li jirrigwarda l-offerta ppreżentata mill-offerent li ressaq dan ir-rikors — Offerti li l-waħda u l-oħra ma humiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt — Ġurisprudenza nazzjonali li timponi eżami minn qabel tal-azzjoni inċidentali u, jekk din tkun fondata, li l-azzjoni prinċipali tiġi iddikjarata inammissibbli, mingħajr l-eżami tal-mertu — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni)
Kawża C-100/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal- 4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 89/665/KEE — Reviżjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx — Rikors ibbażat fuq il-motiv li l-offerta magħżula ma hijiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt — Azzjoni inċidentali tal-offerenti il-magħżul ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt f’dak li jirrigwarda l-offerta ppreżentata mill-offerent li ressaq dan ir-rikors — Offerti li l-waħda u l-oħra ma humiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt — Ġurisprudenza nazzjonali li timponi eżami minn qabel tal-azzjoni inċidentali u, jekk din tkun fondata, li l-azzjoni prinċipali tiġi iddikjarata inammissibbli, mingħajr l-eżami tal-mertu — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni)
ĠU C 245, 24.8.2013, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria
(Kawża C-100/12) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 89/665/KEE - Reviżjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi - Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx - Rikors ibbażat fuq il-motiv li l-offerta magħżula ma hijiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt - Azzjoni inċidentali tal-offerenti il-magħżul ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt f’dak li jirrigwarda l-offerta ppreżentata mill-offerent li ressaq dan ir-rikors - Offerti li l-waħda u l-oħra ma humiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt - Ġurisprudenza nazzjonali li timponi eżami minn qabel tal-azzjoni inċidentali u, jekk din tkun fondata, li l-azzjoni prinċipali tiġi iddikjarata inammissibbli, mingħajr l-eżami tal-mertu - Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni)
2013/C 245/05
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fastweb SpA
Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale di Alessandria
fil-preżenza ta’: Telecom Italia SpA, Path-Net SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE (ĠU L 335, p. 31) — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni — Regola ġurisprudenzjali nazzjonali li tipprovdi li l-qorti nazzjonali, li tkun adita b’rikors għall-annullament tal-att tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku u b’rikors inċidentali maħsub sabiex tiġi kkontestata l-parteċipazzjoni fil-kuntratt pubbliku tal-offerent mhux magħżul li jkun ukoll rikorrent prinċipali, tista’ tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors prinċipali f’każ biss li r-rikors inċidentali jkun infondat — Sejħa għal offerti limitata li fiha pparteċipaw żewġ offerenti biss li ma ppreżentawx offerti validi
Dispożittiv
L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata permezz tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li jekk, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni, il-offerenti l-magħżul li jkun intgħażel u li jkun ippreżenta ir-rikors inċidentali, jinvoka eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-nuqqas ta’ locus standi tar-rikorrenti minħabba li l-offerta li dan tal-aħħar ikun ippreżenta kellha tiġi miċħuda mill-awtorità kontraenti minħabba n-nuqqas tagħha ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, din id-dispożizzjoni, tipprekludi li dan ir-rikors jiġi ddikjarat inammissibbli b’konsegwenza tal-eżami minn qabel ta’ din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr ma tingħata deċiżjoni dwar il-konformità mal-imsemmijin speċifikazzjonijiet tekniċi kemm tal-offerta tal-offerenti il-magħżul, li jkun intgħażel għall-kuntratt, kif ukoll dwar dik tal-offerent li jkun ippreżenta r-rikors prinċipali.