EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0082

Kawża C-82/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 27 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – Transportes Jordi Besora, SL vs Generalitat de Catalunya (Taxxi indiretti — Dazji tas-sisa — Direttiva 92/12/KEE — Artikolu 3(2) — Żjut minerali — Taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut — Kunċett ta’ “għan speċifiku”  — Trasferiment ta’ kompetenzi lill-Komunitajiet Awtonomi — Finanzjament — Assenjazzjoni predeterminata — Infiq għal kura tas-saħħa u ambjentali)

ĠU C 112, 14.4.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – Transportes Jordi Besora, SL vs Generalitat de Catalunya

(Kawża C-82/12) (1)

((Taxxi indiretti - Dazji tas-sisa - Direttiva 92/12/KEE - Artikolu 3(2) - Żjut minerali - Taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut - Kunċett ta’ “għan speċifiku” - Trasferiment ta’ kompetenzi lill-Komunitajiet Awtonomi - Finanzjament - Assenjazzjoni predeterminata - Infiq għal kura tas-saħħa u ambjentali))

2014/C 112/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Transportes Jordi Besora, SL

Konvenut: Generalitat de Catalunya

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) – Żjut minerali – Taxxa speċjali fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ ċerti idrokarburi – Taxxi indiretti minbarra s-sisa b’għanijiet speċifiċi – Taxxa li għandha għan li jista’ jintlaħaq permezz ta’ taxxa armonizzata oħra – Taxxa stabbilita simultanjament ma’ dan it-trasferiment ta’ ċerti kompetenzi lir-reġjuni u intiża, parzjalment, li ssostni l-ispejjeż tar-reġjuni marbuta mal-kompetenzi l-ġodda ttrasferiti – Għan purament baġitarju

Dispożittiv

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ żjut minerali, bħat-taxxa fuq il-bejgħ ta’ ċerti żjut minerali (Impuesto sobre las Ventas Minoristas de Determinados Hidrocarburos) inkwistjoni fil-kawża prinċipali, billi tali taxxa ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li għandha għan speċifiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li din it-taxxa intiża sabiex tiffinanzja l-eżerċizzju mill-komunitajiet lokali kkonċernati tal-kompetenzi tagħhom fl-oqsma tas-saħħa u tal-ambjent, ma hijiex minnha nnifisha maħsuba sabiex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012.


Top