Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0505

    Kawża T-505/11: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2011 — Aldi vs UASI — Dialcos (dialdi)

    ĠU C 355, 3.12.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/21


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 — Aldi vs UASI — Dialcos (dialdi)

    (Kawża T-505/11)

    (2011/C 355/38)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Dialcos SpA (Due Carrare, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Lulju 2011, fil-Kawża R 1097/2010-2;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Dialcos SpA.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “dialdi”, għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali: “ALDI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 7, 9, 16, 24, 25, 29, 30, 31, 32, 33, 34 u 36.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    Top