This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0321
Case T-321/11: Action brought on 21 June 2011 — Morelli v OHIM — Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (PARTITO DELLA LIBERTÀ)
Kawża T-321/11: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Ġunju 2011 — Morelli vs UASI Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (PARTITO DELLA LIBERTA')
Kawża T-321/11: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Ġunju 2011 — Morelli vs UASI Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (PARTITO DELLA LIBERTA')
ĠU C 238, 13.8.2011, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 238/33 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2011 — Morelli vs UASI Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (PARTITO DELLA LIBERTA')
(Kawża T-321/11)
2011/C 238/57
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Raffaello Morelli (Livorno, l-Italja) (rappreżentant: G. Frenelli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (Milano, l-Italja)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tas-17 ta’ Marzu 2011 u dik tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-14 ta’ Mejju 2010 |
— |
tiddikjara li l-oppożizzjoni tar-rikorrent għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 5 890 009 intlaqgħet u tiċħad l-applikazzjoni għal tali trade mark |
— |
tikkundanna lill-Associazione Nazionale del Popolo della Libertà għar-rimbors tal-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “PARTITO DELLA LIBERTA’” (applikazzjoni għal trade mark Nru 5 890 009) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 35, 36, 48, 41, 42 u 45
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Raffaello Morelli
Trade mark jew sinjal invokat: isem tad-dominju “partitodellaliberta.it” mogħti mill-awtorità proposta għall-assenjazzjoni tad-dominji “it” fid-9 ta’ Awwissu 2004 lil Raffaello Morelli, li l-opponenti jiddikjaraw li kienu użati fil-prassi kummerċjali normali għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38, 41 u 45
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, evalwazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “użu normali fil-prassi kummerċjali” b’riferiment għal isem użat fil-kamp politiku u evalwazzjoni żbaljata tad-dokumenti li juru l-użu kummerċjali tas-sinjal preċedenti.