This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0285
Case T-285/11: Action brought on 6 June 2011 — Gooré v Council
Kawża T-285/11: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Ġunju 2011 — Gooré vs Il-Kunsill
Kawża T-285/11: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Ġunju 2011 — Gooré vs Il-Kunsill
ĠU C 238, 13.8.2011, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 238/21 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 — Gooré vs Il-Kunsill
(Kawża T-285/11)
2011/C 238/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Charles Kader Gooré (Abidjan, Il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: F. L. Meynot, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment ir-Regolament tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, fir-rigward tal-inklużjoni tal-isem ta’ Charles Kader Gooré fil-lista tal-Anness II (u tiddikjara li dan ma japplikax fir-rigward tiegħu), |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lil Charles Kader Gooré s-somma ta’ ħamsin elf Euro (EUR 50 000) bħala kumpens għad-dannu subit, |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali. Ir-rikorrent jilmenta li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, naqas milli jipprovdi motivazzjoni u, min-naħa l-oħra, kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-miżuri restrittivi jeċċedu dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-Trattati. Ir-rikorrent jilmenta li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, kiser id-drittijiet tad-difiża sa fejn l-elementi kollha li jiġġustifikaw miżura qatt ma ġew ikkomunikati lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, kiser id-dritt ta’ proprjetà. |