This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0038
Case T-38/11: Action brought on 21 January 2011 — Cathay Pacific Airways v Commission
Kawża T-38/11: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Jannar 2011 — Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni
Kawża T-38/11: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Jannar 2011 — Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni
ĠU C 72, 5.3.2011, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/32 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-38/11)
2011/C 72/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cathay Pacific Airways Ltd (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, R. Kreisberger, barrister, B. Bär-Bouyssière, lawyer, u M. Rees, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tannulla l-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn timponi multa ta’ EUR 57 120 000 fuq Cathay Pacific jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont ta’ din il-multa; |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti qed tfittex li tikseb l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, fil-Każ COMP/39.258 — Trasport ta’ merkanzija bl-ajru, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rikorrenti kienet responsabbli għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi kkoordinat diversi prezzijiet li għandhom jinżammu għas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru fir-rigward ta’ (i) it-taxxi addizzjonali fuq il-karburant, (ii) it-taxxi addizzjoni fuq is-sigurtà (iii) ir-rifjut ta’ ħlas ta’ kommissjonijiet fuq it-taxxi addizzjonali, fuq rotot (i) bejn ajruporti li jinsabu fiż-ŻEE u ajruporti li jinsabu barra ż-ŻEE u (ii) bejn ajruporti li jinsabu f’pajjiżi li huma partijiet kontraenti tal-Ftehim ŻEE mingħajr ma huma Stati Membri u l-ajruporti li jinsabu f’pajjiżi terżi. Sussidjarjament, ir-rikorrenti qed tfittek li tikseb l-annullament jew tnaqqis sostanzjali tal-multa imposta fuqha.
Ir-rikorrenti tressaq tmien motivi insostenn tar-rikors tagħha:
(1) |
Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat li hija kkontribwiet għal ksur globali uniku u kontinwu. Il-parti l-kbira tal-avvenimenti rraportati fid-deċiżjoni kontra r-rikorrenti:
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma stabbilixxitx li l-attivitajiet tal-Kummissjoni rraportati fid-deċiżjoni juru li r-rikorrenti segwit pjan komuni sabiex jintlaħaq għan uniku. |
(2) |
Fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrent ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat li r-rikorrenti ma kinitx marbuta sabiex tieħu sehem fil-proċess ta’ applikazzjoni kollettiva fid-dawl li tinkiseb approvazzjoni tat-taxxi addizzjonali mid-dipartiment tal-avvjazzjoni ċivili (DAĊ) tar-Reġjun ta’ Hong Kong fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPC). Kif id-DAĊ ta’ Hong Kong jafferma b’mod ċar f’ittra, tat-3 ta’ Settembru 2009, indirrizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, it-trasportaturi kienu marbuta li jiftehmu fuq id-dettalji tal-applikazzjonijiet kollettivi, inkluż l-ammont ta’ taxxa addizzjonali li għalih intalbet l-approvvazzjoni u li jiġbru t-taxxi addizzjonali stabbiliti mid-DAĊ. |
(3) |
Fil-kuntest tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-argument tal-obbligu impost mill-Istat ma japplikax fuq l-aġir tar-rikorrenti f’Hong Kong (l-istess fl-Indja, fis-Sri Lanka, fil-Ġappun, fil-Filippini u f’Singapor) u barra minn hekk tqis li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, li jipprovdu li l-aġir tar-rikorrenti jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, huma manifestament ivvizzjati minn diffetti. |
(4) |
Fil-kuntest tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ liġi billi kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur, sa fejn din il-konstatazzjoni tikkostitwixxi interferenza diretta fl-affarijiet interni ta’ Hong Kong, u b’hekk:
|
(5) |
Fil-kuntest tal-ħames motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi fit-trattament tas-sistema leġiżlattiva ta’ Hong Kong meta mqabbel mas-sistema leġiżlattiva relevanti ekwilevanti ta’ Dubai. Il-Kummissjoni kellha teskludi lil Cathay Pacific u Hong Kong bl-istess mod li eskludiet lid-Dubai mill-kamp tal-ksur. |
(6) |
Fil-kuntest tas-sitt motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-attivitajiet tagħha f’Hong Kong u fil-pajjiżi terzi l-oħra setgħu kellhom bħala għan li jostakolaw, li jirrestrinġu jew li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni jew fiż-ŻEE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sostnitx li l-ksur kien ipproduċa effetti antikompetittivi. |
(7) |
Fil-kuntest tas-seba’ motiv tagħha, li jirrigwarda t-titjiriet minn Hong Kong u minn pajjiż terzi lejn iż-ŻEE, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u sabiex timponi multi, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe effett fuq il-kompetizzjoni fi ħdan tal-Unjoni jew fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(8) |
Fil-kuntest tat-tmien motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, anki fil-każ fejn il-ksur li hija allegatament wettqet ma jiġix annullat, il-multa xorta waħda għandha tiġi annullata jew imnaqqsa. Il-valur tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni huwa eċċessiv wisq u l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-livell ta’ involviment tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fis-sens tal-Artikolu 261 TFUE sabiex timponi multa simbolika fuqha jew tnaqqas sostanzjalment il-multa. |