Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0607

    Kawża T-607/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 23 ta’ Jannar 2012 — Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trażmissjoni ta’ dokumenti lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali — Nuqqas ta’ natura provviżorja tal-miżuri mitluba — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 80, 17.3.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/19


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2012 — Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-607/11 R)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trażmissjoni ta’ dokumenti lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali - Nuqqas ta’ natura provviżorja tal-miżuri mitluba - Inammissibbiltà)

    2012/C 80/32

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, Il-Ġermanja); u Henkel France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: R. Polley, T. Kuhn, F. Brunet u É. Paroche, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u P. J. O. Van Nuffel, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal miżuri provviżorji relatati mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2011 (Każ COMP/39.579 — Deterġenti domestiċi — u Każ 09/0007 F) li tiċħad it-talba tal-Awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża li tittrasferilha, fil-kuntest tal-Każ 09/0007 F, dwar is-settur Franċiż tad-deterġenti, numru ta’ dokumenti prodotti fil-Każ COMP/39.579.

    Dispożittiv

    (1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    (2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top