Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0483

Kawża T-483/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Sepro Europe vs Il-Kummissjoni ( “Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva flurprimidol — Nuqqas ta’ inklużjoni tal-flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Regolament (KE) Nru 33/2008 — Proċedura mħaffa ta’ evalwazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

ĠU C 304, 19.10.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Sepro Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-483/11) (1)

(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva flurprimidol - Nuqqas ta’ inklużjoni tal-flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Regolament (KE) Nru 33/2008 - Proċedura mħaffa ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 304/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sepro Europe Ltd (Harrogate, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/328/UE, tal-1 ta’ Ġunju 2011, dwar l-esklużjoni ta’ flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (ĠU L 153, p. 192)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Sepro Europe Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 331, 12.11.2011.


Top