Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0465

    Kawża T-465/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Globula vs Il-Kummissjoni ( “Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2003/55/KE — Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jorganizzaw sistema ta’ aċċess innegozjat għal terzi għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass — Deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki li tagħti lir-rikorrenti deroga temporanja għall-faċilitajiet futuri tagħha ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lir-Repubblika Ċeka li tirtira d-deċiżjoni ta’ deroga — Applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva 2003/55” )

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Globula vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-465/11) (1)

    (Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2003/55/KE - Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jorganizzaw sistema ta’ aċċess innegozjat għal terzi għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass - Deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki li tagħti lir-rikorrenti deroga temporanja għall-faċilitajiet futuri tagħha ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lir-Repubblika Ċeka li tirtira d-deċiżjoni ta’ deroga - Applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva 2003/55)

    2013/C 304/27

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Globula a.s. (Hodonín, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: M. Petite, D. Paemen, A. Tomtsis, D. Koláček u P. Zákoucký, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u T. Scharf, aġenti)

    Parti konvenuta insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4509, tas-27 ta’ Ġunju 2011, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar- regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4509, tas-27 ta’ Ġunju 2011, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar-regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi, hija annullata.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Globula a.s.

    (3)

    Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 305, 15.10.2011.


    Top