EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0064

Kawża T-64/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Frar 2012 — Run2Day Franchise BV vs UASI — Runners Point (Run2) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Run2 — Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti RUN2DAY — Trade mark Benelux figurattiva preċedenti RUN2DATE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 80, 17.3.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Run2Day Franchise BV vs UASI — Runners Point (Run2)

(Kawża T-64/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Run2 - Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti RUN2DAY - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti RUN2DATE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 80/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Run2Day Franchise BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: H. Koenraad, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Runners Point Warenhandels GmbH (Recklinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 349/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Run2Day Franchise BV u Runners Point Warenhandels GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 349/2010-1) hija annullata.

(2)

L-UASI u Runners Point Warenhandels GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti minn Run2Day Franchise BV.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


Top