This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0104
Case C-104/11 P: Appeal brought on 1 March 2011 by Stichting Nederlandse Publieke Omroep, formerly Nederlandse Omroep Stichting (NOS), against the judgment of the General Court (First Chamber, extended composition) delivered on 16 December 2010 in Joined Cases T-231/06 and T-237/06 Kingdom of the Netherlands (T-231/06) and Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (T-237/06) v European Commission
Kawża C-104/11 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Marzu 2011 minn Stichting Nederlandse Publieke Omroep, preċedentement Nederlandse Omroep Stichting (NOS), mis-sentenza mogħtija fis- 16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawża magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-104/11 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Marzu 2011 minn Stichting Nederlandse Publieke Omroep, preċedentement Nederlandse Omroep Stichting (NOS), mis-sentenza mogħtija fis- 16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawża magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 238, 13.8.2011, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 238/2 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2011 minn Stichting Nederlandse Publieke Omroep, preċedentement Nederlandse Omroep Stichting (NOS), mis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawża magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-104/11 P)
2011/C 238/03
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Stichting Nederlandse Publieke Omroep, preċedentement Stichting Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (rappreżentant: J.J. Feenstra, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06; |
— |
peress li l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/136/KE (1), tat-22 ta’ Ġunju 2006, dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż fl-ewwel istanza u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
L-ewwel aggravju: ksur tal-Artikoli 107, 108 u 296 tat-TFUE billi l-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat u abbażi ta’ motivazzjoni insuffiċjenti, ikkunsidrat il-fondi li ġejjin mill-FOR (2) u l-ħlas lura lill-NPO (3), mill-entitajiet differenti ta’ xandara Olandiżi, ta’ ċerti riżervi ta’ kontinġenza bħala forma ta’ għotja ta’ għajnuna ġdida. Il-Qorti interpretat u applikat b’mod żbaljat il-kunċetti ta’ għajnuna, ta’ għajnuna eżistenti u ta’ għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikoli 107 et seq. tat-TFUE billi kkonstatat id-disponibbiltà ta’ fondi mill-FOR u l-ħlas lura lill-NPO, mid-diversi entitajiet tax-xandara Olandiżi, ta’ ċerti riżervi stabbiliti, iridu jiġu kkwalifikati bħala għotja ta’ għajnuna ġdida, mingħajr ma tat motivazzjoni biżżejjed għal din il-konklużjoni; |
|
It-tieni aggravju: ksur tad-drittijiet tad-difiża Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ dritt tad-difiża stabbilit fid-dritt tal-UE, u l-proċedura taħt l-Artikolu 108(2) TFUE u r-Regolament (KE) Nru 659/1999 (4), li ċaħdet b’mod żbaljat u fuq il-bażi ta’ motivazzjoni mhux eżatta u mhux suffiċjenti, it-talba għar-rispett tad-drittijiet tad-difiża magħmula mir-rikorrenti u inkunsiderazzjoni tal-fatt li d-drittijiet tad-difiża tal-NPO ma kinux miksura. |
(1) ĠU L 49, p. 1.
(2) Ndt: Fonds Omroep Reserve (Fondi ta’ Riżerva għax-Xandir).
(3) Ndt: Nederlandse Publieke Omroep (Servizz Pubbliku tax-Xandir Olandiż).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339)