Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0090

    Kawża C-90/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil- 25 ta’ Frar 2011 — Alfred Strigl vs Deutsches Patent- und Markenamt

    ĠU C 173, 11.6.2011, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 173/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2011 — Alfred Strigl vs Deutsches Patent- und Markenamt

    (Kawża C-90/11)

    2011/C 173/05

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundespatentgericht.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Alfred Strigl.

    Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt.

    Domanda preliminari

    Ir-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 3(1)(b) u/jew (c) tad-Direttiva 2008/95/CE (1) għandha tapplika wkoll għal trade mark verbali komposta minn għaqda ta’ kliem deskrittiv flimkien ma’ sekwenza ta’ ittri li ma hijiex deskrittiva fiha nfisha, meta din is-sekwenza, minħabba li tirriproduċi l-ewwel ittra ta’ kull kelma tal-għaqda ta’ kliem, tinftiehem mill-pubbliku bħala taqsira tal-għaqda ta’ kliem, u li t-trade mark, ikkunsidrata fl-intier tagħha, tista’ għalhekk tinftiehem bħala li hija għaqda ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li jispjegaw reċiprokament lil xulxin?


    (1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata)

    ĠU L 299, p. 25.


    Top