Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0594

    Kawża T-594/10 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Diċembru 2010 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fis- 6 ta’ Ottubru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-2/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 55, 19.2.2011, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/33


    Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2010 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fis-6 ta’ Ottubru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-2/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-594/10 P)

    2011/C 55/59

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    fi kwalunkwe każ, tannulla d-digriet appellat fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni;

    tiddikjara li r-rikors tal-ewwel istanza, li wassal għad-digriet appellat, kien perfettament ammissibbli;

    prinċipalment, tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr ebda eċċezzjoni, it-talbiet tal-appellant li jinsabu fir-rikors tal-ewwel istanza;

    tikkundanna lill-appellata tirrimborsa lill-appellant l-ispejjeż u l-onorarji kollha sostnuti minn dan tal-aħħar u dawk li jikkonċernaw il-kawża inkwistjoni fl-istanzi kollha tagħha;

    sussidjarjament, tibgħat il-kawża inkwistjoni lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kompost b’mod differenti, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tagħha.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appell preżenti jirrigwarda d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tas-6 ta’ Ottubru 2010. Dan id-digriet kien iddikjara bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment bħala infondat ir-rikors li kellu bħala suġġett talba, li l-konvenuta rrifjutat, għar-rimbors totali tal-ispejjeż mediċi marbuta mal-marda li l-appellant isofri minnha.

    Insostenn tar-rikors tiegħu, l-appellant jinvoka illegalità fil-konstatazzjonijiet tad-digriet appellat u fl-ammissibbiltà tar-rikors.

    L-appellant jinvoka wkoll interpretazzjoni żbaljata u irraġonevoli tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, nuqqas totali ta’ motivazzjoni, kif ukoll nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni fuq punt legali tal-appellant.


    Top