Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0591

    Kawża T-591/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Diċembru 2010 — Castiglioni vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 55, 19.2.2011, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/32


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Castiglioni vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-591/10)

    2011/C 55/58

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Castiglioni Srl (Busto Arsizio, Italja) (rappreżentant: G. Turri, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    prinċipalment, tannulla l-atti kkontestati deskritti b’mod iktar dettaljat fl-introduzzjoni ta’ dan ir-rikors, billi tiddikjara li dawn huma nulli u bla effett, u konsegwentement tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni f’forma speċifika, anki permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità, ta’ annullament jew ta’ ineffettività tal-kuntratt eventwalment iffirmat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-offerent magħżul;

    sussidjarjament, tannulla l-atti kkontestati deskritti b’mod iktar dettaljat fl-introduzzjoni ta’ dan ir-rikors, billi tiddikjara li dawn huma nulli u bla effett u konsegwentement tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni, inkluż ’l hekk imsejjaħ dannu kurrikulari subit minn Castiglioni Srl, fl-ammont li jiġi stabbilit matul il-kawża, flimkien mal-interessi u r-rivalutazzjoni monetarja tal-ammont dovut.

    fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 137(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145), fuq ksur tas-sejħa għal offerti u tal-kjarifiki sussegwenti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

    F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tiddikjara li hija wriet li kienet tissodisfa l-livelli minimi ta’ kapaċità rikjesti fis-sejħa għal offerti u li huwa irrilevanti li l-prova dwar dan saret parzjalment b’mod dirett u parzjalment billi ġiet invokata l-kapaċità ta’ operatur ekonomiku ieħor jew entità oħra meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-kriterji ta’ għażla (avvalimento), peress li din il-possibbiltà hija prevista espressament fid-dispożizzjonijiet tal-liġi li jirregolaw il-kawża inkwistjoni. Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-offerta ppreżentata mir-rikorrenti huwa illegali.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 148(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, iċċitat iktar ’il fuq u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

    F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tiddikjara li, anki jekk riedet tikkonkludi li d-dokumentazzjoni ppreżentata minnha ma kinitx ċara sabiex issir il-prova tal-istandard ST3, l-awtorità kontraenti messha applikat l-Artikolu 148(3) tar-Regolament Nru 2342/2002.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq l-irregolarità tas-sejħa għal offerti.

    F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tiddikjara li anki jekk jitqies li l-pożizzjoni tal-awtorità kontraenti hija bbażata fuq is-sejħa għal offerti, ir-rikorrenti tikkontesta l-istess sejħa għal offerti billi tinvoka l-istess allegazzjonijiet li hija ppreżentat preċedentement fir-rigward tal-ewwel motiv tar-rikors.


    Top