Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0575

    Kawża T-575/10: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Diċembru 2010 — Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 55, 19.2.2011, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/28


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2010 — Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-575/10)

    2011/C 55/50

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat u A. Tresandi Blanco, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prekompressjoni, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur kemm tal-prinċipju li l-atti tal-istituzzjonijiet għandhom jiġi interpretat skont it-termini tagħhom, kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni li temenda wettqet ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, billi ġiet adottata mingħajr il-konsultazzjoni obbligatorja tal-Kumitat ta’ Konsulenza fuq Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti, kif jeżiġi l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

    It-tielet motiv, ta’ natura sussidjarja, ibbażat fuq ksur kemm tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fl-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-multa u kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti.


    Top