Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0572

    Kawża T-572/10: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Millau

    ĠU C 72, 5.3.2011, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/19


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Millau

    (Kawża T-572/10)

    2011/C 72/33

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova, aġent u E. Bouttier, avukat)

    Konvenut: Commune de Millau (Millau, Franza)

    Talbiet tar-rikorrenti

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddeċiedi li l-Commune de Millau huwa responsabbli in solidum għall-impenji u għad-djun tas-Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA) fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea;

    tikkundanna lill-Commune de Millau iħallas lir-rikorrenti, in solidum ma’ SEMEA, somma ta’ EUR 41 012 bħala kapital, flimkien mal-interessi dovuti mill-10 ta’ Marzu 1992 jew, sussidjarjament, mis-27 ta’ April 1993;

    tordna l-kapitalizzazzjoni tal-interessi;

    tikkundanna lill-Commune de Millau, in solidum ma’ SEMEA, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 5 000 abbażi tan-nuqqas ta’ ħlas abbużiv min-naħa ta’ SEMEA;

    tikkundanna lill-Commune de Millau, in solidum ma’ SEMEA, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża;

    tordna li din il-kawża tiġi magħquda mal-Kawża T-168/10, Il-Kummissjoni vs SEMEA.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-168/10, Il-Kummissjoni vs SEMEA (1), u barra minn hekk il-Kummissjoni tosserva li l-Commune de Millau huwa responsabbli in solidum għar-rimbors tad-dejn ta’ SEMEA, sa fejn il-Commune de Millau akkwista l-attiv u l-passiv ta’ SEMEA, inkluż il-kuntratt konkluż bejn SEMEA u l-Kummissjoni li jifforma l-bażi tal-kawża.


    (1)  ĠU 2010, C 161, p. 48.


    Top