This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0520
Case T-520/10: Action brought on 10 November 2010 — Comunidad Autónoma de Galicia v Commission
Kawża T-520/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Novembru 2010 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni
Kawża T-520/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Novembru 2010 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni
ĠU C 13, 15.1.2011, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/32 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2010 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-520/10)
()
2011/C 13/62
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez Lage u H. Brokelmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni N 178/2010, tad-29 ta’ Settembru 2010, li tawtorizza il-kumpens ta’ servizz pubbliku favur il-produtturi tal-elettriku fi Spanja; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess deċiżjoni inkwistjoni fil-Kawża T-484/10 Gas Natural FENOSA SDG vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tat-talba tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:
— |
Ksur tad-drittijiet proċedurali ggarantiti mill-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), peress li l-Kummissjoni ma fetħitx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, filwaqt li kienet marbuta tagħmel dan, sa fejn hemm dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq komuni. |
— |
Ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (2). |
— |
Ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, sa fejn ir-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità meħtieġa minn din id-dispożizzjoni sabiex l-għajnuna kkontestata, li ngħatat mill-awtoritajiet Spanjoli bħala kumpens għall-ispiża żejda li tirriżulta mill-provvista ta’ servizz pubbliku, tkun tista’ tiġi awtorizzata ma humiex sodisfatti. |
— |
Ksur tal-Artikolu 34 TFUE, peress li l-għajnuna kkontestata tikkostitwixxi miżura li għandha effett ewkivalenti, li ma tistax tiġi ġġustifikata, skont l-Artikolu 36 TFUE, minn neċessità li tiġi ggarantita l-provvista tal-elettriku. |
— |
L-għajnuna kkontestata hija kkumulata b’mod indebitu mal-għajnuna mogħtija lill-industrija tal-faħam għall-perijodu 2008-2010, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (3), u toħloq distorsjoni serja tal-kompetizzjoni fis-settur tal-elettriku, billi tinjora d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(d) u (e) tal-istess regolament. |
— |
Il-ksur tal-Artikoli 11 u 191 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 3(3) TUE, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tieħux inkunsiderazzjoni, skont ir-rikorrenti, l-effetti dannużi li hija għandu jkollha fuq l-ambjent. |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-dritt ta’ proprjetà ggarantit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170.