This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0491
Case T-491/10: Action brought on 15 October 2010 — SNCF v OHIM (infotrafic)
Kawża T-491/10: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Ottubru 2010 — SNCF vs UASI — Infotrafic (infotrafic)
Kawża T-491/10: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Ottubru 2010 — SNCF vs UASI — Infotrafic (infotrafic)
ĠU C 13, 15.1.2011, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/28 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2010 — SNCF vs UASI — Infotrafic (infotrafic)
(Kawża T-491/10)
()
2011/C 13/54
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société nationale des chemins de fer français (SNCF) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: H. Reynaud, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Infotrafic SA (Ermont, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tbiddel id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Awwissu 2010 fil-Każ R 1268/2009-2 fil-punti 16 sa 23, |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva “infotrafic” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38, 39 u 42 — Trade mark Komunitarja Nru 1 926 815
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Infotrafic SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 52 u 7(1)(b) tar-Regolament Nru°207/2009, sa fejn l-eżami tat-trade mark Komunitarja kumplessa, fejn wieħed mill-elementi jkun nieqes mill-karattru distintiv jew li għandu karattru distintiv dubjuż, għandu jitratta kull element separatament; ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni