This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0191
Case T-191/10: Action brought on 20 April 2010 — Greenwood Houseware (Zhuhai) and others v Council
Kawża T-191/10: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ April 2010 — Greenwood Houseware (Zhuhai) u oħrajn vs Il-Kunsill
Kawża T-191/10: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ April 2010 — Greenwood Houseware (Zhuhai) u oħrajn vs Il-Kunsill
ĠU C 179, 3.7.2010, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/44 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2010 — Greenwood Houseware (Zhuhai) u oħrajn vs Il-Kunsill
(Kawża T-191/10)
(2010/C 179/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Greenwood Houseware (Zhuhai) Ltd (Zhuhai City, iċ-Ċina), Brabantia S&S Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina), Brabantia S&L Belgium NV (Overpelt, il-Belġju), Brabantia Belgium NV (Overpelt, il-Belġju), Brabantia Netherlands BV (Valkenswaard, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Brabantia (U.K.) Ltd (Bristol, ir-Renju Unit), (rappreżentant: E. Vermulst u Y. van Gerven, lawyers)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 77/2010 tad- 19 ta’ Jannar 2010 (1); |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż; u |
— |
tikkundanna lill-intervenjenti, jekk ikun il-każ, għall-ispejjeż tagħhom. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu, skont l-Artikolu 236 TFUE, l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 77/2010 tad-19 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw inter alia, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jressqu l-motivi li ġejjin:
|
L-ewwel nett, bil-ħruġ tal-iżvelar addizzjonali wara l-pubblikazzjoni tar-regolament ikkontestat, il-Kunsil kiser l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009 (2) u d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea naqsu milli jinformaw lir-rikorrenti dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġodda li kienu l-bażi għall-bidla fid-dazju antidumping qabel ma r-regolament ikkontestat ġie ffinalizzat u mibgħut lill-Kunsill għall-adozzjoni, u ma pprovdew lir-rikorrenti bl-ebda opportunità sabiex jippreżentaw argumenti ġodda jew sabiex jikkjarifikaw l-informazzjoni mogħtija preċedentement li kienu jwasslu għal tnaqqis ieħor tad-dazju antidumping. |
|
It-tieni nett, il-Kunsill wettaq żball ta’ evalwazzjoni manifest u kiser l-Artikoli 2(9) u 11(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 meta stabbilixxa l-prezz ta’ esportazzjoni. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni naqqsu b’mod żbaljat id-dazju antidumping ta’ 38,1 % fil-proċess tal-istabbiliment tal-prezz ta’ esportazzjoni peress li r-rekwiżit tal-Artikolu 11(10) tal-imsemmi regolament ma għandux jiġi sodisfatt fil-każ ta’ esportatur ġdid. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tat-tnaqqis tad-dazju antidumping kien bbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. |
|
It-tielet nett, il-Kunsill wettaq żball ta’ evalwazzjoni manifest, kiser il-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ nondiskriminazzjoni u żbalja fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 billi wettaq aġġustamenti żbaljati lill-prezz ta’ esportazzjoni u lill-valur normali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni naqqsu b’mod żbaljat mill-prezz ta’ esportazzjoni spejjeż diretti mhux imħallsa mir-rikorrenti fir-rigward ta’ parti mill-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, u żiedu b’mod żbaljat il-valur normali sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni il-VAT fuq bejgħ ta’ esportazzjonijiet li ma titħallasx lura, minkejja li l-ebda aġġustament ma twettaq fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni wettqu żball ta’ evalwazzjoni manifest, kisru l-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ nondiskriminazzjoni u żbaljaw fl-applikazzjoni tal-Artikoli 2(7)(b) u 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, billi ċaħħdu lil Greenwood Houseware (Zhuhai) Ltd., mit-trattament ta’ ekonomija tas-suq. Iċ-ċaħda tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni ta’ trattament ta’ ekonomija tas-suq lir-rikorenti Greenwood Houseware (Zhuhai) Ltd., kienet ibbażata fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi ppreżentati. Barra minn hekk, kien hemm nuqqas ta’ diliġenza u premura min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-evalwazzjoni tal-aspetti rilevanti kollha li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-kriterji 2 u 3 tal-Artikolu 2(7)(ċ) tal-imsemmi regolament. |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 77/2010 tad- 19 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw inter alia, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 24, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).