Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0160

Kawża T-160/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ April 2011 — J vs Il-Parlament

ĠU C 238, 13.8.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/18


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2011 — J vs Il-Parlament

(Kawża T-160/10)

2011/C 238/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: J (Marchtrenk, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Auer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, li permezz tagħha ġiet miċħuda l-petizzjoni tar-rikorrent Nru 1673/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, li permezz tagħha l-petizzjoni tiegħu dwar l-allegata konfiska ta’ diversi dokumenti u xogħlijiet mill-awtoritajiet Awstrijaċi ġiet miċħuda bħala inammissibbli.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ksur tad-dritt għall-ammissibbiltà tal-petizzjonijiet. Il-konfiska ta’ xogħlijiet mill-awtoritajiet Awstrijaċi kkostitwixxiet ksur tad-dritt għal proprjetà skont l-Artikolu 6(1) TFUE u l-Artikoli 17(1) u 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


Top