Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0486

    Kawża T-486/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Frar 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri proviżżorji — Għajnuna mill-Istat — Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku mill-faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali’ favurihom — Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi” )

    ĠU C 152, 21.5.2011, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/22


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-486/10 R)

    (Proċeduri għal miżuri proviżżorji - Għajnuna mill-Istat - Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku mill-faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali’ favurihom - Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

    2011/C 152/41

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de la Serre, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. M. Rodríguez Cárcamo, aġent)

    Suġġett

    Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat N 178/2010 innotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur ċentrali ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw faħam ta’ oriġni nazzjonali.

    Dispożittiv

    (1)

    E.ON Generación, S.L., Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón jistgħu jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea.

    (2)

    Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Novembru 2010, Iberdrola vs Il-Kummissjoni (T-490/10 R, mhux ippubblikat fil-Ġabra), huwa revokat.

    (3)

    Għandu jiġi stabbilit terminu għal Iberdrola għall-Kummissjoni u għar-Renju ta’ Spanja sabiex jitolbu li ċerti elementi kunfidenzjali tal-proċess kif ukoll ta’ dan id-digriet jiġu esklużi mill-komunikazzjoni lill-partijiet imsemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv u sabiex tiġi prodotta, għall-finijiet ta’ din il-komunikazzjoni, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ partijiet tal-proċess u ta’ dan id-digriet.

    (4)

    L-ispejjeż huma rriżervati


    Top