EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0482

Kawża T-482/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà” )

ĠU C 173, 11.6.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/10) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 173/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/432/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament 1507x59122 (DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, p. 11).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


Top