Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0256

    Kawża T-256/10 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Ġunju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment tal-effetti personali — Rifjut impliċitu u espliċitu tat-talbiet tal-appellant — Obbligu ta’ motivazzjoni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat” )

    ĠU C 238, 13.8.2011, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 238/17


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-256/10 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment tal-effetti personali - Rifjut impliċitu u espliċitu tat-talbiet tal-appellant - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

    2011/C 238/30

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Curall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Marzu 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-1020/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


    (1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


    Top