Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0048

    Kawża T-48/10 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Diċembru 2010 — Meister vs UASI ( “Appell — Servizz pubbliku — Aġenti — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2008 — Deċiżjoni li tattribwixxi punti għall-proċedura ta’ promozzjoni — Indikazzjoni dwar il-punti akkumulati għall-proċedura ta’ promozzjoni preċedenti — Żnaturament tal-fatti — Responsabbiltà għall-ispejjeż — Appell parzjalmment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat” )

    ĠU C 55, 19.2.2011, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/23


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Meister vs UASI

    (Kawża T-48/10 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Aġenti - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2008 - Deċiżjoni li tattribwixxi punti għall-proċedura ta’ promozzjoni - Indikazzjoni dwar il-punti akkumulati għall-proċedura ta’ promozzjoni preċedenti - Żnaturament tal-fatti - Responsabbiltà għall-ispejjeż - Appell parzjalmment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

    2011/C 55/42

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellant: Herbert Meister (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: H. J. Zimmermann, avukat)

    Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u G. Faedo, aġenti, assistit minn D. Waelbroeck u E. Winter, avukati)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-30 ta’ Novembru 2009, Meister vs UASI (F-17/09, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Herbert Meister għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) fil-kuntest ta’ din il-kawża.


    (1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


    Top