EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0305

Kawża T-305/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Frar 2012 — Hartmann-Lamboy vs UASI — Diptyque (DYNIQUE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Kommunitarja verbali DYNIQUE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DIPTYQUE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 207/2009” )

ĠU C 80, 17.3.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Hartmann-Lamboy vs UASI — Diptyque (DYNIQUE)

(Kawża T-305/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Kommunitarja verbali DYNIQUE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DIPTYQUE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 207/2009)

2012/C 80/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marlies Hartmann-Lamboy (Westerburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Loos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement minn G. Schneider, aġenti)

Parti oħra quddiem il Bord tal Appel tal-UASI: Diptyque SAS (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1217/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diptyque SAS u Marlies Hartmann-Lamboy.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Marlies Hartmann-Lamboy hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


Top