Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0112

    Kawża F-112/10: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Novembru 2010 — Trentea vs FRA

    ĠU C 13, 15.1.2011, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/43


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2010 — Trentea vs FRA

    (Kawża F-112/10)

    ()

    2011/C 13/88

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cornelia Trentea (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

    Suġġett

    L-ewwel nett, annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, illi tiċħad il-kandidatura tal-appellanti għall-pożizzjoni ta’ assistent amministrattiv fl-oqsma tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u tal-finanzi, u kif ukoll id-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor. It-tieni nett, kumpens għal danni materjali u morali.

    Talbiet tar-rikorrenti

    Ir-rikorrenti titlob lit-Tribunal:

    jannulla d-Deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, tal-5 ta’ Ġunju 2010, illi tiċħad il-kandidatura tal-appellanti għall-pożizzjoni (ref. TAADMIN-AST4-2009) u d-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor;

    jekk ikun neċessarju, jannulla d-Deċiżjoni tat-22 ta’ Lulju 2010 illi tiċħad l-ilment tal-appellanti, u d-deċizjoni tas-27 ta’ Settembru 2010 illi ticħad it-talba tal-appellanti għal reviżjoni u tkomplija tal-ilment.

    jordna illi l-konvenuta tikkumpensa lill-appellanti tad-dannu materjali illi jikkorrispondi għad-differenza bejn is-salarju kurrenti tagħha u s-salarju ta’ AST4, sal-età tal-irtirar, inklużi l-allowances u indennizzi kollha u l-kumpens għad-drittijiet tal-pensjoni;

    jordna illi l-konvenuta tikkumpensa lill-appellanti tad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 10 000;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top