This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0106
Case F-106/10: Action brought on 22 October 2010 — Gross and Others v Court of Justice
Kawża F-106/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ottubru 2010 — Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
Kawża F-106/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ottubru 2010 — Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
ĠU C 72, 5.3.2011, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/34 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 — Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-106/10)
2011/C 72/55
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ivo Gross (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u oħrajn (rappreżentant: J. Kayser, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet riprodotti fl-istqarriji ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u fl-istqarriji ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jaġġustaw ir-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti, kif riflessi fin-noti ta’ aġġustament retroattivi ta’ remunerazzjoni 12/2009, imqassma fl-2010, fin-noti ta’ remunerazzjoni 1/2010, 2/2010, 3/2010, 4/2010, 5/2010, 6/2010, 7/2010, 8/2010, 9/2010 u fin-noti ta’ remunerazzjoni kollha sussegwentement stabbiliti sad-data tad-deċiżjoni li ttemm din l-istanza definittivament, sa fejn dawn japplikaw illegalment rata ta’ aġġustament tar-remunerazzjoni ta’ 1,85 %, minflok rata ta’ 3,7 % |
— |
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż. |