Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0100

    Kawża F-100/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ottubru 2010 — AM vs Il-Parlament

    ĠU C 55, 19.2.2011, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/37


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — AM vs Il-Parlament

    (Kawża F-100/10)

    2011/C 55/68

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: AM (Málaga, Spanja) (rappreżentanti: L. Lévi u C. Bernard-Glanz, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tikkunsidra bħala aċċident fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tal-iSKAM, l-istroke li kellu r-rikorrent.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-12 ta’ Novembru 2009 li tirrifjuta li tikkunsidra bħala aċċident fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-mard tal-Komunitajiet Ewropej, l-istroke li kellu r-rikorrent u, jekk ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment;

    konsegwentement, tiddeċiedi li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-applikazzjoni mressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal minn kummissjoni medika ġdida;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati ex aequo et bono għal EUR 50 000 għad-dannu morali subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati b’mod provviżorju għal EUR 25 000 għad-dannu materjali subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-interessi moratorji fuq il-kapital dovut abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal b’rata ta’ 12 % fuq perijodu li beda jiddekorri l-iktar tard fil-15 ta’ Marzu 2007 sal-ħlas komplet tal-kapital;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


    Top