Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0090

    Kawża F-90/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2010 — Florentiny vs Il-Parlament

    ĠU C 55, 19.2.2011, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/36


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2010 — Florentiny vs Il-Parlament

    (Kawża F-90/10)

    2011/C 55/67

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Jean-François Florentiny (Strassen, Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix inkluż ir-rikorrent fost l-uffiċjali promossi għall-grad AST6 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tad-29 ta’ Ġunju 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-24 ta’ Novembru 2009, ippubblikata fit-2 ta’ Diċembru 2009, li ma jiġix inkluż ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AST6 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

    tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti li jġib miegħu l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b’mod partikolari, il-klassifikazzjoni fil-grad AST6, kif ukoll ir-retroattività tal-promozzjoni fil-grad AST6 mid-data ta’ meta din kellha ssir effettiva, jiġifieri, l-1 ta’ Jannar 2009;

    tħallas lir-rikorrent EUR 2 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


    Top