This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0082
Case F-82/10: Action brought on 22 September 2010 — Nolin v Commission
Kawża F-82/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Settembru 2010 — Nolin vs Il-Kummissjoni
Kawża F-82/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Settembru 2010 — Nolin vs Il-Kummissjoni
ĠU C 13, 15.1.2011, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/38 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2010 — Nolin vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-82/10)
()
2011/C 13/74
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tal-istqarrija ta’ regolarizzazzjoni ta’ remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u l-istqarrija ta’ remunerazzjoni 01/2010 tiegħu stabbiliti fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni RG/2009 tar-rikorrent, kif ukoll l-istqarrija ta’ remunerazzjoni 01/2010 tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |