Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0054

Kawża F-54/10: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Lulju 2010 — Verheyden vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 246, 11.9.2010, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/43


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2010 — Verheyden vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-54/10)

()

2010/C 246/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luc Verheyden (Angera, L-Italja) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb l-istess trattament mogħti lir-rikorrenti fil-Kawżi F-5/05 u F-7/05.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fis-16 ta’ Lulju 2009;

Tannulla,sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment imressaq mir-rikorrent fit-28 ta’ Diċembru 2009, mogħtija fid-29 ta’ Marzu 2010;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 3 000 għall-kumpens;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top