This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0614
Case C-614/10: Action brought on 22 December 2010 — European Commission v Republic of Austria
Kawża C-614/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
Kawża C-614/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
ĠU C 72, 5.3.2011, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/13 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-614/10)
2011/C 72/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u B.-R. Killmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet tar-rikorrenti
Il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija kisret l-obbligi tagħha taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE, minħabba li s-sitwazzjoni ġuridika eżistenti fl-Awstrija fir-rigward tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data stabbilita bħala awtorità ta’ superviżjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data ma tissodisfax il-kriterju ta’ indipendenza sħiħa; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li, fl-Awstrija, l-independenza tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data bħala awtorità ta’ superviżjoni responsabbli mis-sorveljanza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data ma hijiex iggarantita.
Il-Kummissjoni ssostni li l-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data hija marbuta mill-qrib mal-Kanċellerija Federali fuq livell organizzattiv. Hija tindika li din tal-aħħar teżerċita kontroll ġerarkiku fuq il-kollaboraturi tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data u li din hija wkoll responsabbli mit-tagħmir materjali tagħha. Ma’ dan, il-Kummissjoni żżid li l-amministrazzjoni tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data hija fdata lil uffiċjal tal-Kanċellerija Federali li, fil-kuntest ta’ din l-attività, huwa wkoll suġġett għall-istruzzjonijiet tas-superjur tiegħu u jaqa’ taħt il-kontroll ġerarkiku tiegħu. Din is-sitwazzjoni twassal għal kunflitti ċari ta’ lealtà u ta’ interessi.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrileva li l-Kanċillier Federali li, bħal awtoritajiet pubbliċi oħra, jaqa’ taħt is-superviżjoni tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data għandu, fir-rigward ta’ din tal-aħħar, dritt ġenerali ta’ kontroll u ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni tiddeduċi li dan jippermetti lill-Kanċillier Federali jżomm ruħu informat f’kull mument u mingħajr raġuni konkreta fuq dak kollu li jirrigwarda l-ġestjoni tal-attività tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm riskju ta’ użu ta’ dan id-dritt għal finijiet ta’ influwenza politika.