EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0579

Kawża C-579/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 8 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs P. Mook

ĠU C 72, 5.3.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs P. Mook

(Kawża C-579/10)

2011/C 72/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën.

Konvenut: P. Mook.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE), id-dritt Komunitarju jirregola s-sitwazzjoni li fiha Stat Membru jissuġġetta għal taxxa l-ewwel użu ta’ vettura fit-toroq tat-territorju tiegħu, f’każ fejn din il-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, din il-vettura ġiet mislufa lil resident ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor u resident tal-ewwel Stat membru jsuq il-vettura inkwistjoni għal skopijiet privati bejn dan l-ewwel Stat Membru u l-Istat Membru l-ieħor?


Top