This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0572
Case C-572/10: Reference for a preliminary ruling from the Tribunal Administratif de Saint-Denis de la Réunion (France) lodged on 8 December 2010 — Clément Amedée v Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État
Kawża C-572/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion (Franza) fit- 8 ta’ Diċembru 2010 — Clément Amedee vs Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État
Kawża C-572/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion (Franza) fit- 8 ta’ Diċembru 2010 — Clément Amedee vs Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État
ĠU C 72, 5.3.2011, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion (Franza) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Clément Amedee vs Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État
(Kawża C-572/10)
2011/C 72/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Clément Amedee
Konvenuti: Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État.
Domandi preliminari
(1) |
Is-sistema implementata permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L.12(b) tal-Kodiċi tal-pensjonijiet ċivili u militari ta’ rtirar (code des pensions civiles et militaires de retraite), kif emendati bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 48 tal-Liġi tal-21 ta’ Awwissu 2003, u bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu R.13 tal-istess kodiċi, kif emendati bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Digriet tas-26 ta’ Diċembru 2003, tista’ titqies li twettaq diskriminazzjoni indiretta, fis-sens tal-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-ġenituri ta’ wlied bijoloġiċi fir-rigward tal-proporzjoni tal-irġiel eliġibbli sabiex jissodisfaw il-kundizzjoni marbuta mal-interruzzjoni tal-attività tax-xogħol tagħhom għal tul kontinwu ta’ mhux inqas minn xahrejn u dan b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ qafas legali li jippermettilhom jissottoskrivu ruħhom għal din il-kundizzjoni fil-kuntest ta’ leave remunerat? |
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-diskriminazzjoni indiretta hekk implementata tista’ tiġi leġittimata permezz tal-provvedimenti tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 6 tal-ftehim anness mal-Protokoll Nru 14 fuq il-politika soċjali? |
(3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 79/7/KEE (1) jostakolaw iż-żamma tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli L.12(b) u R.13 tal-Kodiċi tal-pensjonijiet ċivili u militari ta’ rtirar? |
(4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u risposta fin-negattiv għat-tieni u t-tielet domandi, it-tqegħid inkwistjoni tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija artikoli għandu jkun limitat biss għad-diskriminazzjoni li huma jimplikaw jew ikun ifisser li hemm impossibbiltà għall-uffiċjali taż-żewġ sessi li jitolbu dan il-benefiċċju? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215)