Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0558

    Kawża C-558/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Chartres (Franza) fid- 29 ta’ Novembru 2010 — Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Bourges-Maunoury (née Heintz) vs Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

    ĠU C 46, 12.2.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Chartres (Franza) fid-29 ta’ Novembru 2010 — Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Bourges-Maunoury (née Heintz) vs Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

    (Kawża C-558/10)

    2011/C 46/09

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de grande instance de Chartres

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Bourges-Maunoury (née Heintz)

    Konvenuta: Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

    Domanda preliminari

    It-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Kapitolu V tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej (1), jipprekludi li d-dħul kollu ta’ persuna taxxabbli, inkluż dħul Komunitarju, jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont massimu tat-taxxa solidali fuq il-ġid?


    (1)  ĠU L 152, p. 13, li sar l-Artikolu 12 tal-Kapitolu V tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 266).


    Top