Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0544

    Kawża C-544/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit- 23 ta’ Novembru 2010 — Deutsches Weintor eG vs Land Rheinland-Pfalz

    ĠU C 72, 5.3.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2010 — Deutsches Weintor eG vs Land Rheinland-Pfalz

    (Kawża C-544/10)

    2011/C 72/03

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Deutsches Weintor eG

    Konvenut: Land Rheinland-Pfalz

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-klassifikazzjoni ta’ stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa, fis-sens tal-Artikolu 4(3), moqri flimkien mal-Artikolu 2(2)(5) jew mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (2), teħtieġ effett ta’ benefiċċju nutrittiv jew fiżjoloġiku għal titjib sostenibbli tal-kundizzjoni fiżika jew huwa wkoll biżżejjed effett temporanju, b’mod partikolari limitat għat-tul tal-assorbiment u tad-diġestjoni tal-prodott tal-ikel?

    (2)

    Fil-każ li l-affermazzjoni ta’ effett ta’ benefiċċju temporanju tista’ diġà kklassifikata bħala stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa:

    Huwa biżżejjed, sabiex jiġi kkunsidrat li tali effett huwa ġġustifikat min-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas ta’ sustanza fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-premessa 15 ta’ dan ir-regolament, li l-affermazzjoni sempliċement tindika li effett ġeneralment prodott minn prodotti tal-ikel ta’ dan it-tip, u kkunsidrat minn ħafna nies bħala negattiv, huwa f’każ partikolari limitat?

    (3)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda:

    Huwa kompatibbli mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa, fil-verżjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2007, moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) (il-libertà professjonali), u mal-Artikolu 16 (il-libertà tal-intrapriża) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħha tat-12 ta’ Diċembru 2007 (3) li tipprojbixxi, mingħajr eċċezzjoni, produttur jew distributur ta’ nbejjed milli jirreklama permezz ta’ stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa tat-tip inkwistjoni fil-kawża, anki jekk din l-istqarrija hija korretta?


    (1)  ĠU L 404, p. 9.

    (2)  ĠU L 37, p. 16.

    (3)  ĠU L 303, p. 1.


    Top