EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0543

Kawża C-543/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit- 22 ta’ Novembru 2010 — Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

ĠU C 46, 12.2.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-22 ta’ Novembru 2010 — Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

(Kawża C-543/10)

2011/C 46/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Refcomp SpA

Konvenuti: Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

Domandi preliminari

(1)

Klawżola ta’ ġurisdizzjoni, li ssir f’sensiela Komunitarja ta’ kuntratti, bejn manifattur ta’ oġġett u xerrej skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 (1), għandha effett fir-rigward tas-subakkwirent u, jekk dan ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet?

(2)

Il-klawżola ta’ ġurisdizzjoni għandha effett fir-rigward tas-subakkwirent u tal-assiguraturi surrogati tiegħu anki meta l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 ma japplikax għall-azzjoni tas-subakkwirent kontra l-manifattur, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tagħha Handte tas-17 ta’ Ġunju 1992 (2)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

(2)  Sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1992, Handte, C-26/91, Ġabra 1992, p. I-03967.


Top