Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0288

    Kawża C-288/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Voorzitter der Rechtbank van Koophandel te Dendermonde (il-Belġju) fit- 2 ta’ Ġunju 2010 — Wamo BVBA vs JBC NV u Modemakers Fashion NV

    ĠU C 246, 11.9.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 246/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Voorzitter der Rechtbank van Koophandel te Dendermonde (il-Belġju) fit-2 ta’ Ġunju 2010 — Wamo BVBA vs JBC NV u Modemakers Fashion NV

    (Kawża C-288/10)

    ()

    2010/C 246/34

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Voorzitter der Rechtbank van Koophandel te Dendermonde

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wamo BVBA

    Konvenuti: JBC NV u Modemakers Fashion NV

    Domandi preliminari

    Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 53 tal-liġi tal-14 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prattiċi kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur li, matul perijodi speċifiċi, tipprojbixxi li jsir reklamar dwar tnaqqis fil-prezzijiet u reklamar li jalludi għal tali tnaqqis fil-prezzijiet?


    (1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern [u] li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)


    Top