EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0284

Kawża C-284/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis- 7 ta’ Ġunju 2010 — Telefónica de España S.A. vs Administración del Estado

ĠU C 246, 11.9.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Telefónica de España S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-284/10)

()

2010/C 246/32

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telefónica de España S.A.

Konvenuta: Administración del Estado

Domanda preliminari

Id-Direttiva 97/13/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ April 1997, dwar qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u l-liċenzji individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tagħha, tippermetti li l-Istati Membri jobbligaw lil proprjetarju ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jħallas taxxa annwali ikkalkulata abbażi ta’ perċentwali tad-dħul gross ta’ operazzjoni fatturata matul is-sena rilevanti, li ma jistax jaqbeż it-2 ‰, intiża sabiex tkopri l-ispejjeż, inklużi dawk ta’ ġestjoni, magħmula mill-korp ta’ telekomunikazzjonijiet fl-applikazzjoni ta’ sistema ta’ liċenzjar u ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali, kif previst mill-Artikolu 71 tal-Liġi 11/1998, tal-24 ta’ April 1998, dwar it-telekomunikazzjonijiet?


(1)  ĠU L 117, p. 15


Top