Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0277

    Kawża C-277/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit- 3 ta’ Ġunju 2010 — Martin Luksan vs Petrus van der Let

    ĠU C 246, 11.9.2010, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 246/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-3 ta’ Ġunju 2010 — Martin Luksan vs Petrus van der Let

    (Kawża C-277/10)

    ()

    2010/C 246/31

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Handelsgericht Wien

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Martin Luksan

    Konvenut: Petrus van der Let

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2), (5) u (6) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (1), tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (2), u tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (3), flimkien mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/100, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/83, u l-Artikoli 2, 3, u 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-drittijiet ta’ użu ta’ riproduzzjoni, ta’ xandir permezz tas-satellita, u ta’ kwalunkwe forma oħra ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku permezz ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni huma f’kull każ, skont il-liġi, direttament (primarjament) tad-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv, jew ta’ awturi oħra tal-film speċifikati mil-leġiżlatur tal-Istati Membri, u mhux direttament (primarjament) u esklużivament tal-produttur tal-film;

    liġijiet tal-Istati Membri li jagħtu, skont il-liġi, direttament (primarjament) u esklużivament id-drittijiet ta’ użu lill-produttur tal-film jiksru d-dritt tal-Unjoni?

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    2a)

    Id-dritt tal-Unjoni jagħti lill-Istati Membri s-setgħa li jipprovdu preżunzjoni legali ta’ ċessjoni lill-produttur tal-film tad-drittijiet ta’ użu fis-sens tal-punt 1, li huma intitolati għalihom id-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv jew awturi oħra tal-film speċifikati mil-leġiżlatur tal-Istati Membri, anki meta d-drittijiet mhumiex dawk ta’ kiri u ta’ self, u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, għandhom jiġu osservati l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(5) u (6) tad-Direttiva 92/100, flimkien mal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva?

    2b)

    Id-dritt ta’ proprjetà primarja tad-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv, jew ta’ awturi oħra tal-film speċifikati mil-leġiżlatur tal-Istati Membri, għandu wkoll japplika għad-drittijiet għal remunerazzjoni raġonevoli mogħtija mil-leġiżlatur ta’ Stat Membru, bħar-“remunerazzjoni ta’ riproduzzjonijiet magħmula fuq mezzi ta’ reġistrazzjoni” prevista mill-Artikolu 42b tal-Urheberrechtsgesetz, jew għad-drittijiet għal kumpens ġust fis-sens tal-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29?

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 2b:

    3)

    Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-Istati Membri s-setgħa li jipprovdu għal preżunzjoni legali ta’ ċessjoni lill-produttur tal-film tad-drittijiet għal remunerazzjoni fis-sens tal-punt 2, li huma intitolati għalihom id-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv jew awturi oħra tal-film speċifikati mil-leġiżlatur tal-Istati Membri, u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, għandhom jiġu osservati l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(5) u (6) tad-Direttiva 92/100, flimkien mal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva?

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 3:

    4)

    Id-dispożizzjoni legali ta’ Stat Membru, li tipprovdi li d-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv jew awturi oħra tal-film speċifikati mil-leġiżlatur tal-Istati Membri huma intitolati għal nofs id-drittijiet legali għal remunerazzjoni iżda li dan id-dritt jista’ jkun is-suġġett ta’ derogi u, għaldaqstant, ta’ rinunzja, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni Ewropea msemmija iktar ’il fuq fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijeit relatati?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 134.

    (3)  ĠU L 372, p. 12.

    (4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


    Top