Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0379

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-24 ta' Novembru 2011.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Prinċipju ġenerali ta' responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom - Esklużjoni ta' kull responsabbiltà tal-Istat li tirriżulta minn interpretazzjoni tar-regoli ta' dritt jew minn evalwazzjoni ta' elementi ta' fatt u ta' provi mwettqa minn qorti tal-aħħar istanza - Limitazzjoni, mil-leġiżlatur nazzjonali, tar-responsabbiltà tal-Istat għall-każijiet ta' frodi jew ta' nuqqas serju mwettaq minn tali qorti.
    Kawża C-379/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:775





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 – Il-Kummissjoni vs L-Italja

    (Kawża C-379/10)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Prinċipju ġenerali ta’ responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom – Esklużjoni ta’ kull responsabbiltà tal-Istat li tirriżulta minn interpretazzjoni tar-regoli ta’ dritt jew minn evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi mwettqa minn qorti tal-aħħar istanza – Limitazzjoni, mil-leġiżlatur nazzjonali, tar-responsabbiltà tal-Istat għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju mwettaq minn tali qorti”

    Dritt tal-Unjoni - Drittijiet mogħtija lill-individwi - Ksur minn Stat Membru - Obbligu ta’ kumpens għad-dannu kkawżat lill-individwi - Kundizzjonijiet f’każ ta’ ksur imputabbli lil qorti suprema - Natura manifesta tal-ksur - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-istabbiliment tar-responsabbiltà unikament għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju - Inammissibbiltà (ara l-punti 40-42, 46, 48 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-prinċipju ġenerali tar-responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom - Responsabbiltà limitata unikament għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Repubblika Taljana,

     

    –billi teskludi kull responsabbiltà tal-Istat Taljan għad-danni kkawżati fil-konfront ta’ individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni mwettaq minn qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, meta dak il-ksur jirriżulta minn interpretazzjoni tar-regoli ta’ dritt jew minn evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi mwettqa minn dik il-qorti, u

     

    –billi tillimita dik ir-responsabbiltà unikament għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju,

     

    skont l-Artikolu 2(1) u (2) tal-liġi Nru 117 dwar il-kumpens għad-danni kkawżati fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji u r-responsabbiltà ċivili tal-ġudikanti [legge n. 117 (sul) risarcimento dei danni cagionati nell’ esercizio delle funzioni giudiziarie e responsabilità civile dei magistrati], tat-13 ta’ April 1988, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont il-prinċipju ġenerali ta’ responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top