EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0274

Kawża C-274/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għal tnaqqis — Proċeduri għall-eżerċizzju — Artikolu 183 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-rimbors tal-eċċess tal-VAT biss meta dan jeċċedi l-ammont tat-taxxa tal-input li tirriżulta minn operazzjonijiet li jkunu għadhom ma tawx lok għal ħlas)

ĠU C 298, 8.10.2011, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-274/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Proċeduri għall-eżerċizzju - Artikolu 183 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-rimbors tal-eċċess tal-VAT biss meta dan jeċċedi l-ammont tat-taxxa tal-input li tirriżulta minn operazzjonijiet li jkunu għadhom ma tawx lok għal ħlas)

2011/C 298/14

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, B. Simon u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, K. Szíjjártó, G. Koós, aġenti u K. Magony, szakértő]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-rimbors tal-eċċess tal-VAT biss meta dan jeċċedi l-ammont tat-taxxa li tirriżulta minn operazzjonijiet li għadhom ma tħallsux — Ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali

Dispożittiv

(1)

Ir-Repubblika tal-Ungerija,

billi obbligat lill-persuni taxxabbli li d-dikjarazzjoni fiskali tagħhom turi eċċess fis-sens tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, waqt perijodu taxxabbli partikolari, jittrasferixxu dan l-eċċess totalment jew parzjalment għall-perijodu taxxabbli li jmiss, jekk dawn ma ħallsux it-totalità tal-akkwisti korrispondenti lill-fornitur tagħhom, u

minħabba l-fatt li permezz ta’ dan l-obbligu, ċerti persuni taxxabbli li d-dikjarazzjoni fiskali tagħhom turi sistematikament eċċess, huma marbuta jittrasferixxu iktar minn darba dan l-eċċess għall-perijodu taxxabbli li jmiss,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


Top