This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0131
Case C-131/10: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 22 December 2010 (reference for a preliminary ruling from the Tribunal de première instance de Bruxelles — Belgium) — Corman SA v Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB) (Protection of the European Union's financial interests — Regulation (EC, Euratom) No 2988/95 — Article 3 — Limitation period for bringing proceedings — Time limit — Sectoral rules — Regulation (EC) No 2571/97 — Different application of the limitation rules in the case of an irregularity committed by the recipient of a subsidy or by the persons with whom the recipient has entered into contracts)
Kawża C-131/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Corman SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB) (Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3 — Preskrizzjoni tal-proċeduri — Terminu — Regoli settorjali — Regolament (KE) Nru 2571/97 — Differenza fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni fil-każ ta’ irregolarità mwettqa mill-benefiċjarju tas-sussidju jew mill-kokontraenti tiegħu)
Kawża C-131/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Corman SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB) (Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3 — Preskrizzjoni tal-proċeduri — Terminu — Regoli settorjali — Regolament (KE) Nru 2571/97 — Differenza fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni fil-każ ta’ irregolarità mwettqa mill-benefiċjarju tas-sussidju jew mill-kokontraenti tiegħu)
ĠU C 55, 19.2.2011, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Corman SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)
(Kawża C-131/10) (1)
(Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3 - Preskrizzjoni tal-proċeduri - Terminu - Regoli settorjali - Regolament (KE) Nru 2571/97 - Differenza fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni fil-każ ta’ irregolarità mwettqa mill-benefiċjarju tas-sussidju jew mill-kokontraenti tiegħu)
2011/C 55/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Corman SA
Konvenut: Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [tal Komunitajiet Ewropej] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340) — Determinazzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċeduri — Applikabbiltà tar-regoli settorjali Komunitarji jew nazzjonali fil-qasam — Differenza fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni fil-każ ta’ irregolarità mwettqa mill-benefiċjarju tas-sussidju jew mill-kokontraenti tiegħu?
Dispożittiv
(1) |
Sa fejn ma jipprevedix regola ta’ preskrizzjoni tal-proċeduri applikabbli għal-likwidazzjoni ta’ garanziji mogħtija fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti fis-settur tal-butir, tal-butir ikkonċentrat u tal-krema, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ ikel, ma jikkostitwixxix regola settorjali li tipprevedi “terminu iqsar” fis-sens tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [tal-Komunitajiet Ewropej]. Għaldaqstant, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin stabbilit fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament tal-aħħar japplika għal tali likwidazzjoni, bla ħsara madankollu għall-possibbiltà li għandhom l-Istati Membri, taħt l-Artikolu 3(3) tar-regolament imsemmi, li jistabbilixxu termini ta’ preskrizzjoni itwal. |
(2) |
Meta jipproċedu kontra irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2988/95, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li japplikaw termini ta’ preskrizzjoni itwal fis-sens tal-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament, inkluż, fil-kuntest tar-Regolament Nru 2571/97, f’sitwazzjonijiet fejn l-irregolaritajiet li jkollha twieġeb għalihom l-offerenti li tkun intlaqgħet l-offerta tagħha jkunu twettqu mill-kokontraenti tagħha. |