This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0500
Case T-500/09: Action brought on 7 December 2009 — Italy v Commission
Kawża T-500/09: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Diċembru 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-500/09: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Diċembru 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 37, 13.2.2010, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/46 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-500/09)
2010/C 37/66
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: L. Ventrella, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7044 finali, tal-24 ta’ Settembru 2009, innotifikata fil-25 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Sezzjoni “garanzija” fil-parti, fejn din teskludi nefqa li saret mill-Italja għas-snin finanzjarji 2005 u 2006:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tal-konklużjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali (Artikolu 253 KE), jiġifieri n-nuqqas ta’ motivazzjoni kif ukoll il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità.
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-Kummissjoni rrettifikat xi għajnuna għall-ipproċessar taċ-ċitru u li fit-twettiq ta’ din ir-rettifika ma twettqux kontrolli adegwati dwar jekk il-prodott mogħti lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkorrispondix ma’ dak mogħti lill-proċessuri, u jekk il-prodott ikkonsenjat għall-ipproċessar jikkorispondix mal-prodott komplut. Skont il-Gvern Taljan, fil-proċedura rriżulta li l-kontrolli seħħew b’mod sodisfaċenti, speċjalment għal dak li jirrigwarda l-kontrolli kemm amministrattivi u ta’ kontabbiltà kif ukoll fiżiċi kemm fir-rigward tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi, kif ukoll, fir-rigward tal-proċessuri; u li l-attività ta’ kontroll seħħet b’mod mhux mistenni (mingħajr ebda avviż minn qabel għall-industriji fir-rigward tad-data tal-kontroll) u b’proporzjon għola mill-minimu previst mir-regolament. Il-punt essenzjali li fuqu l-Kummissjoni kellha timmotiva d-deċiżjoni tagħha kienet b’hekk l-eżistenza ta’ “riskju sinjifikanti” tad-dannu finanzjarju għall-Fond, b’mod li jiġġustifika rettifika f’daqqa ta’ 5 %, li tidher, f’kull każ, sproporzjonata.