Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0490

    Kawża T-490/09: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Diċembru 2009 — Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 37, 13.2.2010, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/43


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-490/09)

    2010/C 37/61

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid.

    tannulla l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn ir-rikorrenti ġiet ikkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 6,093 miljuni in solidum mal-kumpannija Leali S.p.A.

    tnaqqas il-multa imposta.

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-472/09, SP vs Il-Kummissjoni.


    Top