Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0454

    Kawża T-454/09 P: Appell ippreżentat fid- 9 ta’ Novembru 2009 minn Rinse van Arum mis-sentenza mogħtija fl- 10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-139/07, van Arum vs Parlament

    ĠU C 37, 13.2.2010, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/39


    Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2009 minn Rinse van Arum mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-139/07, van Arum vs Parlament

    (Kawża T-454/09 P)

    2010/C 37/55

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Partijiet

    Appellant: Rin se van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)

    Appellat: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet tal-appellant

    tiddikjara l-appell u l-aggravji u l-oġġezzjonijiet ippreżentati bħala ammissibbli; u

    tannulla s-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-139/07; u

    billi tiddeċidi hija stess, tannulla d-deċiżjoni li tinkludi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent; u

    tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż li r-rikorrenti kellu jsostni fiż-żewġ kawżi.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq l-aggravji segwenti:

    ksur tal-Artikoli 1 u 9 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll l-Artikoli 15(2) u 87(1) tal-iskema applikabbli għall-uffiċjali l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej (traduzzjoni mhux uffiċjali) u ksur tad-dispożizzjoni tal-Manwal tal-evalwazzjoni

    ksur tal-Artikolu 19 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni u tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

    ksur tal-prinċipju tal-proċedura kontradittorja, tal-ugwaljanza bejn il-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża;

    ksur tad-drittijiet fir-rigward tal-koerenza bejn l-evalwazzjoni u l-punti mogħtija, tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba;

    ksur tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-użu ta’ dokumenti mhux inklużi fil-proċess tal-kawża u ksur tal-prinċipju tal-proċedura tal-kontradittorja, kif ukoll minħabba bidla fl-oneru tal-prova b’ħsara għar-rikorrent u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

    ksur tad-dmir ta’ premura minħabba li l-evalwatur finali b’negliġenza semma provi zbaljati u ksur tal-prinċipji tad-dritt fir-rigward tal-oneru tal-prova

    applikazzjoni żbaljata ta’ liġi, tal-ġurisprudenza u tal-prinċipji tad-dritt li jirrigwardaw l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, id-dmir ta’ premura, id-diliġenza u l-amministrazzjoni tajba u l-prinċipji tad-dritt li jirrigwarda l-prova;

    ksur tad-dritt minħabba l-konstatazzjonijiet inintelliġibbli magħmula mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u minn kwalifikazzjoni żbaljata tal-fatti, kif ukoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tar-regoli ta’ amministrazzjoni tajba;

    konstatazzjoni żbaljata tal-fatti.


    Top